insiteronline

KNZ: Abigail Cremona Resignation Correspondence

Posted on 3

Share this on anywhere you want!

On the 12th of January,KNZ President Ryan Mercieca called for Abigail Cremona to tender her resignation as Secretary General and from the KNZ Executive Board, as her involvement in political campaigning was seen as detrimental to KNZ’s neutrality.

On the 15th of January Mrs Cremona complied with this request, tendering her resignation sparking controversial claims which put Mr Mercieca’s own neutrality into question.

Following an Article published yesterday on insiteronline (see chaos), Ms Cremona requested that insiteronline make the correspondence public.

Bellow is a copy of both KNZ President Mercieca’s letter and Ms Cremona’s resignation.

 

12th January, 2013
Dear Ms. Abigail Cremona,

In the past days I was informed that you have been given a prominent position in the campaign of a candidate who is contesting for the European Parliament Elections taking place in Malta in 2014 on the ticket of the Partit Laburista. We have confirmed that this is true and I believe that your position puts the neutrality of KNZ into question. I affirm that for the sake of KNZ’s neutrality I cannot accept having individuals occupying a post in the KNZ executive board while being at the same time involved in any sort of political campaigns.
This matter has been put forward by myself and discussed with the KNZ executive board on the KNZ executive meeting of the 9th of January 2013. The KNZ executive board agreed and supported my concerns. They have also conceded me the right as the KNZ President, to ask you in the name of the KNZ executive board to resign with immediate effect both from your position as the KNZ Secretary General and from your position as an Executive member of KNZ.
We trust that you will understand our point of view and will hand in your resignation letter immediately.
Thank you,

Ryan Mercieca KNZ President

o.b.o KNZ Executive Board

 

 

 

Għażiż Eżekuttiv tal-KNŻ,

Nikkonferma li fit-13 ta` Jannar 2013, irċevejt ittra mingħand is-sur Ryan Mercieca f`isem l- eżekuttiv tal-KNŻ, fejn ġejt mitluba biex nirreżenja mill-kariga ta` Segretarju Ġenerali u bħala membru ta` l-eżekuttiv tal-KNŻ. Dan għaliex skond il-fehma tagħkom l-involviment volontarju tiegħi fil-kampanja ta` kandidat prospettiv għall- elezzjonijiet tal-parlament ewropew fuq il-Partit Laburista li ħa jsiru 2014, ġie meqjus bħala inaċċetabli u li qed iwassal biex il-KNŻ jitlef in-newtralita li tant huwa jgħożż. Ippermettuli nagħmilha ċara, li jiena meta ġejt eletta fil-KNŻ, l-unika ħsieb li kelli li naħdem b`qalbi kollha, bħalma dejjem ħdimt f`għaqdiet passati għall- ġid taż-żgħażagħ kollha kemm huma.

Ninsab fiduċjuża li wara t-talba ta` din ir-reżenja hemm motivazzjonijiet, ħsibijiet u preokupazzjonijiet ġenwini fuq in-newtralita tal-KNŻ. Fuq dan, nista biss nifraħilkom għal- livell ta` responsabbilta u maturita li tħaddnu, li allavolja l-KNŻ la hu marbut b`kodiċi ta` etika u lanqas statutorjament m`hemm xejn jindika x`azzjoni għandu jieħu l-eżekuttiv fejn iħoss li hemm każ ta` kunflitt ta interess, intom b`maturita ddeċidejtu li terfgħu din ir- responsabbilta fuq spallejkom u li tħaddnu dan l-eżempju għas-sentejn li ġejjn.
Nemmen li kulħadd jinsab konxju, pero xorta nixtieq nieħu l-opportunita` biex infakkarkom il-preċedent li għadkom kemm ftaħtu bid-deċizjoni li ma tippermettu bl-ebda mod, li persuna filwaqt li tkun qed tokkupa kariga fl-eżekuttiv tal-KNŻ m`huwiex aċċetat sal-punt li jintalab jirreżenja, jekk il-persuna tkun involuta b` xi mod f`xi tip ta` kampanja ta` livell politiku. Pero ninsab ċerta li dan il-prinċipju nobbli lesti li ssegwuh għas-sentejn li ġejjin.

Nirrispetta l-fehma, r-rieda tagħkom u l-prinċipji tad-demokrazija u b` hekk illum 15 ta` Jannar 2013, qegħda rressaq ir-reżenja tiegħi, hekk kif ġie mitlub minni, kemm mill-kariga ta Segretarju Ġenerali u kemm bħala membru tal-board ta` l-eżekuttiv tal-KNŻ b`mod immedjat. Nikkonferma bil-miktub li qed inqis il-kontenut ta` dan id-dokument bħala pubbliku għall-fini ta` trasparenza.
Nieħu l-opportunita` biex nirringrazzja l` dawk l-għaqdiet kollha li vvutawli fl-AGM, filwaqt li nawgura l`kull wieħed u waħda minnkom sentejn ta` ħidma mill-aqwa.

Ms Abigail Cremona

 

 

3 thoughts on “KNZ: Abigail Cremona Resignation Correspondence

  1. Luke Axiaq says:

    Utterly ridiculous.

    Abigail Cremona was made to resign because she is helping out a PL MEP candidate but then one of the main MZPN people and unsuccessful Swieqi local council contestant under the ticket of a main party ran for the election of Abigail’s post in the fiasco EGM organised by Ryan and his 2 other followers. What is more outrageous is that this same person is reserve member of the supervising council of the same KNZ and contested under the disguise of AEGEE – a ‘neutral’ organisation.

    What a joke!

  2. Abigail Cremona says:

    Grazzi Karl Abela tal-kumment tieghek.

    Nissugerilek qabel tiggudika lin-nies ticcekja ftit il-fatti.

    Hdimt f`diversi ghaqdiet ghal-diversi snin u f`kull ghaqda li kont fiha dejjem hdimt fuq li hdimt u tellajt progetti kbar inkluzi sports fest, kampanji ta gimgha shiha favur l-ambjent, fuq human rights, student organisations empowerment seminars, publikazzjonijiet, policy papers, u zewg degree plus programs shah fuq cyber crime u kontra d-drogi fost l-hafna hidma ohra.

    Tajjeb tkun infurmat li meta jiena rrezenjajt KSU kif kien jaf kulhadd kelli naghmel dan ghaliex intlaqat minn kundizzjoni ta sahha, li kelli niehu sensiela ta` trattamenti u kuri ghaliha li ma hallitli l-ebda triq ohra. Filfatt nistiednek tfittex fl-arkivji ta l-insite fejn kienu segwew il-kaz fid-dettal.

    Li kieku kont prezenti ghall-agm tal-KNZ kont tkun infurmat li waqt il-prezentazzjoni tieghi jiena shaqt li dhalt KNZ ghaliex propju ridt naghmel hidma u progetti fost zghazagh morda ohra li ghandhom bzonn is-sapport u l-kuragg m`ghand persuni li kienu fl-istess qaghda taghhom u ghall-grazzja t`Alla kollox qaleb ghall-ahjar.

    Billi jiena qeghda involuta volontarjament f`kampanja ta kandidat prospettiv tal-partit laburista ghall-unjoni ewropea, m`ghandu xejn x`jaqsam ma l-akkuzi li inti ghaddejt. Kif ghedt fl-ittra tieghi stess, jiena tlajt knz biex nahdem ghaz-zghazagh kollha kif dejjem ghamilt fil-passat.

    Pero l-ezekuttiv tal-KNZ hass li ghan-newtralita tal-knz mhux accettabli li kandidat ikun jifforma parti mill-ezekuttiv tal-knz u fl-istess waqt involut f`kampanja politika u jiena kelli nirrispetta id-decizjoni ta` l-ezekuttiv.

    Onestament Karl, ghall-futur genwinament nirrakkomandalek li qabel tghaddi akkuzi fuq persuni li dejjem ikunu hadmu ghall-gid ta zghazagh bhalhom, ticcekja ftit il-fatti.

  3. Karl Abela says:

    Prosit Abigail.

    L-aqwa li nidhlu f’ghaqda uwx hekk! Dan in-nies m’ghandiex bzonnhom! Ghamiltha diga’ mal-KSU issa mal KNZ, zewg Kunsilli li huma ferm importanti ghaz-zaghzagh.

    Dawn in-nies qed juzghu l-ghaqdiet koncernati biex jitilghu fil-politika…nuzaw iz-zaghzugh innocenti bhala targa fl-isfera politika.

    B’dan il-kumment marridx naghmel gudizzju, jien tkellimt fuq il-fatti.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>